20 June, 2023

“Ftit tbatija issa tista’ tiskansalna tbatija akbar fil-futur”


Silvan Mifsud, Membru tal-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerc, l-Intrapriza u l-Industrija

Jekk il-politika fiskali tkun waħda espansiva, fejn jibqgħu jingħataw sussidji fuq l-enerġija u fejn l-infieq tal-Gvernijiet biex itaffu l-effett tal-inflazzjoni jibqgħu jikbru, dawn il-miżuri jmorru kontra t-tnaqqis fid-domanda li qegħdin nippruvaw miż-żieda fl-imgħaxxijiet.

Dan ifisser li ndumu ferm aktar sabiex nrażżnu l-inflazzjoni, bir-riżultat li l-imgħaxxijiet ikollhom jogħlew aktar u bir-riskju li jkollna nidħlu f’riċessjoni pjuttost qawwija qabel titrażżen l-inflazzjoni. Għalhekk ftit tbatija issa tista’ tiskansana t-tbatija fil-futur. Dan intqal mill-ekonomista Silvan Mifsud, li hu ukoll membru tal-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerc, l-Intrapriza u l-Industija f’intervista li kellu ma’ dan il-ġurnal, fejn irrimarka li l-inflazzjoni hi r-rata li bihom qed jiżdiedu l-prezzijiet fi żmien partikolari. Mifsud qal li l-problema hija meta din ir-rata ta’ żieda fil-prezzijiet tkun għolja wisq u tkun hekk għal żmien twil.

Qal ukoll li din jista jkollha konsegwenzi soċjali ħżiena filwaqt li l-miżuri li jridu jittieħdu sabiex titnaqqas l-inflazzjoni jistgħu jwasslu għal riċessjoni ekonomika. Huwa għalhekk li l-Bank Centrali Ewropew għandu l-mandat sabiex ikunhawn stabbilita’ fil-prezzijiet u li jkun
hawn inflazzjoni ta’ madwar 2%.

Meta mistoqsi minn fejn hi ġejja l-inflazzjoni, Mifsud spjega li din tista tkun ġejja minn tlett sorsi. L-ewwel sors turi x-xokkijiet li ġejjin min-naħa talprovista. L-ekonomist irrimarka li dan ġara hekk kif kellna tali xokkijiet li kienu ġejjin mill-ewwel pandemija tal-Covid-19 u imbagħad mill-gwerra fl-Ukrajna. Teknikamnet din tissejjaħ inflazzjoni “cost push”, fejn iż-żieda tal-prezzijiet provduti minħabba x-xokkijiet li kienu ġraw iwasslu għal l-inflazzjoni.

Mifsud qal li t-tieni s-sors huwa ż-żieda ta’ flus fl-idejn. Ġie spjegat minnhu li hekk kif ikun hawn aktar flus qed iduru fl-ekonomija, jkun hawn domanda aktar għal prodotti u servizzi u dan iwassal għal żieda fil-prezzijiet. Teknikament wieħed jista’ jirreferi għaliha bħala “demand pull”.

It-tielet u l-aħħar sors li jista’ jkun li qed toħloq l-inflazzjoni huma l-aspettattivi. F’dan ir-rigward, Mifsud qal li hemm element ta’ inflazzjoni li jiġi minħabba dak li s-suq ikun qed jantiċipa jew jistenna li jiġri. Jekk is-suq ikun qed jistenna żieda fid-domanda, hemm ċans li l-prezzijiet jogħlew minħabba f’hekk. L-ekonomista żied jgħħid li it-tali aspettattivi jistgħu jwasslu sabiex il-pagi jibqgħu jogħlew u jwasslu għal ċirku vizzjuż.

Fir-rigward ta’ kif qiegħed iħares lejn il-fatt li r-rata tal-interessi jidhru li se jibqgħu jiżdiedu, l-ekonomist Silvan Mifsud qal li l-Bank Ċentrali Ewropew m’għandux għażla oħra ħlief li jgħolli irrati tal-imgħaxx, bħala parti mill-politika monetarja tiegħu, sabiex jipprova jnaqqas id-domanda u jikkontrolla l-inflazzjoni, waqt li jirbaħ il-ħin sabiex il-problemi fissistemi ta’ provvista jissolvew.

Huwa qal ukoll li l-Bank Ċentrali L-ekonomista Silvan Mifsud Ewropew huma inkwetati bil-persistenza tal-inflazzjoni li għaddejin minnha. Sa issa l-Bank Ċentrali Ewropew kien qed jipprova jibbilanċja bejn iż-żieda flimgħaxxijiet sabiex jiġġieled l-inflazzjoni waqt li jniżżel id-domanda bilmod u ma jitfax l-ekonomiji Ewropea f’riċessjoni profonda.

Pero’ il-Bank Ċentrali Ewropew, jibża’ li jekk ma jibqax iżid l-imgħaxxijiet issa, se nispiċċaw biex l-aspettativi msemmija qabel, ikunu li l-inflazzjoni se tibqa’ għolja fit-tul, li jwassal li l-Bank Ċentrali Ewropew jkoll jgħolli l-imgħaxxijiet ferm aktar u għal aktar żmien fit-tul, li żgur imbghad jitfa l-ekonomji Ewropew f’riċessjoni kbira – xi ħaġa li l-Bank Ċentrali Ewropew qed jipprova jevita.

Jista’ jagħti l-każ ukoll li l-inflazzjoni tista’ twassal għal riċessjoni. L-opinjoni tal-ekonomista Mifsud fuq ir-relazzjoni ta’ bejn l-inflazzjoni u r-riċessjoni, huwa qal li jekk l-inflazzjoni ndumu sabiex nrażżnuha, dak ikun ifisser li l-aspettativi ta’ kulħadd huwa li l-prezzijiet se jibqgħu jgħollew fil-futur.

Dan għalhekk jista’ iwassal sabiex innies jibdew jibżgħu u jnaqqsu in-nefqa tagħhom fuq ħafna affarijiet, speċjalment dawk mhux neċessarji. Huwa qal ukoll li barra minn hekk il-politika monetarja tkun trid tibqa’ tgħolli l-imgħaxxijiet għal ħafna aktar żmien.

Misfuq saħaq li dan kollu jista jwassal għaltnaqqis drastiku fid-domanda li jwassal għal riċessjoni qawwija fejn jitkissru xi negozji. F’dan ir-rigward huwa qal; “Filwaqt li għandna bżonn nikkalmaw ftit id-domanda ma rridux nġibu kollass fid-domanda għax l-ekonomija għandha bżonn l-istrutturi ekonomċi tagħha (innegozji) jibqgħuu għaddejin għal meta
jkollna aktar stabbilta’ fil-prezzijiet”.

L-ekonomista qal li huwa għalhekk importanti li kemm il-politika monetarja u anke fiskali jaħdmu id f’id sabiex dan ixxenarju jiġi evitat. Hawnhekk żied jgħid; “Huwa importanti ħafna li meta nitkellmu fuq prezzijiet u fuq x’qed jikkawża l-inflazzjoni, dan isir fil-qafas ta’ analizi xjentifika u mhux waħda superfiċjali”

L-ekonomist Silvan Mifsud temm jgħid li huwa importanti li n-negozji jaraw kif se jsiru aktar effiċijenti fil-mod kif jaħdmu ħalli jżommu l-ispejjeż tan-negozji tagħhom taħt kontroll. Dan sabiex jkunu jistgħu jnaqqsu il-pressjoni fuq jekk u kemm iridu jżidu l-prezzijiet tagħhom.

Huwa qal li min-naħa l-oħra l-ħaddiem huwa importanti li jifhem li żieda fil-pagi, sena wara sena, sabiex jagħmlu tajjeb għal żieda għolja fil-prezzijiet ma tkunx se tgħinhom sabiex jkollhom is-saħħa tal-pagi tagħhom. Qal ukoll li jkun aħjar li għal xi żmien l-ħaddiema jaraw kif se jibdlu l-konsum tagħhom sakemml-inflazzjoni tiġi taħt kontroll.

Dan l-artiklu ġie ppubblikat għall-ewwel darba fuq talk.mt fid-19 ta’ Ġunju 2023.

All News

View All

11 May, 2024

The Malta Chamber acknowledges Deputy Prime Minister Chris Fearne's Re...

...

Learn More
02 May, 2024

20 Years of EU Membership - Malta's Prosperity and the Path Forward...

...

Learn More
30 April, 2024

TradeMalta Facilitates Maltese Companies' Participation at Libya Build...

...

Learn More
27 April, 2024

Political Decisions that undermine Integrity and Good Governance...

...

Learn More

All News

View All

Chamber News

11 May, 2024

The Malta Chamber acknowledges Deputy Prime Minister Chris Fearne's Re...

...

Learn More

Chamber News

08 May, 2024

Employer Bodies Call for an Urgent MCESD Meeting...

...

Learn More

Chamber News

02 May, 2024

20 Years of EU Membership - Malta's Prosperity and the Path Forward...

...

Learn More

Chamber News

30 April, 2024

TradeMalta Facilitates Maltese Companies' Participation at Libya Build...

...

Learn More

upcoming events

View All

Upcoming Events

23 May, 2024

The Professional Imperative - Cultivating Professionalism in Family Businesses

...

Learn More

Upcoming Events

28 May, 2024

Empowerpreneur Workshop 2 - Business Planning & Financial Management

...

Learn More

Upcoming Events

29 May, 2024

Trade Unity: Malta and Germany, Linked for Success

...

Learn More

Upcoming Events

04 June, 2024

E.YOU: Connecting You with Europe

...

Learn More

upcoming events

View All

23 May
upcoming event 23 May, 2024, 08:30 AM

The Professional Imperative - Cultivating Professionalism in Family Businesses

Learn More
28 May
upcoming event 28 May, 2024, 06:00 PM

Empowerpreneur Workshop 2 - Business Planning & Financial Management

Learn More
29 May
upcoming event 29 May, 2024, 06:00 PM

Trade Unity: Malta and Germany, Linked for Success

Learn More
04 Jun
upcoming event 04 June, 2024, 08:45 AM

E.YOU: Connecting You with Europe

Learn More